Lokali
ARA: Żiemel jiġri waħdu fil-korsa tal-Marsa wara li waqa’ l-ġerrej

Żiemel spiċċa jiġri waħdu, xi ftit jew wisq mifxul u mbeżża’, fil-korsa tal-Marsa, wara li l-ġerrej waqa’ minn fuqu u weġġa’ ħafif.

L-inċident seħħ qabel it-tlielaq illum waranofsinhar, meta għal xi raġuni ż-żiemel Metallic Beat, li l-ġimgħa li għaddiet rebaħ il-finali, inħasad.

Konsegwenza t’hekk il-ġerrej waqa’ minn fuq is-serkin, bil-konsegwenza li weġġa’ u kellu jittieħed l-isptar, iżda b’xorti tajba sofra biss ġrieħi ħfief.

Iż-żiemel baqa’ jiġri waħdu madwar il-korsa, u anki ħareġ ‘il barra minnha, iżda fl-ebda ħin ma ħareġ fit-triq, u baqa’ l-ħin kollu fiż-żona tal-korsa. Wara ġirja twila ż-żiemel deher jikkalma u għadd imdaqqas ta’ persuni rnexxielhom iwaqqfuh.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Se tinbidel il-liġi dwar il-ħruġ tal-care orders. Dawn mhux se jibqgħu jinħarġu aktar mill-Ministru iżda minflok se tibda toħroġhom il-Qorti tal-Familja. Wara l-btajjel tal-Għid, il-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael…

Lokali

Il-Ministru tal-Ambjent, José Herrera, ħabbar fil-programm Dissett li qed titfassal liġi biex ikun obbligatorju li l-pubbliku jissepara l-iskart. Huwa ammetta li l-pajjiż jista’ jeħel multi jekk jibqa’ ma jilħaqx il-miri…

Lokali

Ftit tal-ġranet ilu, stabbiliment tax-xorb f’Paceville rama pjattaforma fit-triq bis-siġġijiet u l-imwejjed. Il-Ministru għall-Infrastruttura u l-Proġetti Ian Borg f’tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari qal li l-pjattaforma hija rregolata minn permess tal-Awtorità tal-Ippjanar,…

Lokali

L-Arċisqof Charles Scicluna jinsab fiċ-Ċili biex jiġbor l-evidenza rigward il-każ tal-Isqof Juan Barros, li qed jingħad li kien jaf b’każijiet ta’ abbuż sesswali fuq tfal iżda m’għamel xejn. Barros, li…

Aktar