Konsumatur
Ara:Ir-riklami ġieli jqarrqu bina?

L-ewwel ma tolqot l-għajn. Madanakollu, il-Malti jgħid ukoll li mhux kulma jleqq hu deheb. U, anki fejn jidħol ir-riklamar u kull tip ta’ xiri, fosthom dak tal-ikel, dan il-qawl japplika u kif.

Fil-fatt, skont Jackie Mercieca, il-preżentatriċi ta’ Ninvestigaw x’Qed Nieklu, jeħtieġ li noqogħdu b’seba’ għajnejn u nkunu konxji tal-fatt li ħafna drabi dak li naraw fir-riklami m’huwiex minnu għal kollox, bħalma tispjega tajjeb fil-filmat t’hawn taħt.

U int, ġieli qarraq bik xi riklam? X’inhi l-ewwel ħaġa li tara meta tiġi biex tixtri xi ħaġa? U, x’għandek tagħmel jekk tħoss li qarrqu bik?

Odette Vella, f’isem l-Awtorità tal-Konsumatur, l-MCCAA, fost l-oħrajn, tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-konsumatur m’għandux jaqbad u jixtri kif ġieb u laħaq. U, f’każ li nħossu li b’xi mod ġejna ingannati mill-mod ta’ kif inbigħ il-prodott li nkunu xtrajna, tajjeb li nagħmlu kuntatt mal-Awtorità tal-Konsumatur jew mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa.

Għal aktar tagħrif simili relatat mal-ikel, segwi Ninvestigaw x’Qed Nieklu kull nhar ta’ Ħadd fis-6.45pm fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Televiżjoni u Radju

Twieled u trabba l-Belt Valletta. Fl-imgħoddi kienet l-hena tiegħu jieħu sehem fid-drammi tal-Ġimgħa l-Kbira. Wara kors fid-drama, bil-mod il-mod, beda jieħu sehem f’diversi produzzjonijiet televizivi, fosthom ‘Deċeduti’ u ‘Qlub Imweġġgħa’,…

Mużika

Nazzareno Alessandro Micallef, magħruf bħala Renato, miżżewweġ liż-żeffiena popolari Alison White. Iżda, kif iltaqgħu? U, l-interess lejn xulxin kien reċiproku sa mill-bidu? Renato u Alison iltaqgħu f’lukanda fi fjur żgħożithom,…

Saħħa

Madwar tmien snin ilu, waqt li l-artist Malti Alan Azzopardi kien fuq btala, għajn minnhom bdiet tkiddu. Alan beda jara mċajpar, u aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, għajnu aktar bdiet…

Aktar