Knisja Maltija
Arċipriet ġdid għall-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Kan. David Cilia bħala arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.

Il-Kan. David Cilia twieled fit-2 ta’ Awwissu 1968. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola ta’ Ħal Qormi San Ġorġ, fil-Kulleġġ San Albert il-Kbir u fl-iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof. Studja l-Filosofija u t-Teoloġija fil-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta, u d-Dritt Kanoniku fl-Università Gregorjana f’Ruma. Ġie ordnat saċerdot fit-30 ta’ Ġunju 1995.

Dun David beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala viċi kapillan fil-Parroċċa ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa u fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ Preca fis-Swatar. Kien membru tal-Kapitlu fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat, u kap tal-iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof. Huwa jservi bħala mħallef fit-Tribunal Ekkleżjastiku Reġjonali tat-Tieni Istanza u huwa wkoll delegat tal-Arċisqof għall-Fergħa Ewkaristika u Ulied Marija
Ewkaristika.

Il-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu tiġbor fiha madwar 1,800 persuna f’800 familja.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar