Kronaka
Argument bejn barranin wassal għall-arrest ta’ 3 persuni fuq sejba ta’ droga

F’ħidma mill-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan wasslet għall-arrest ta’ tliet persuni.

4 ijiem ilu, il-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan kellhom rapport minn raġel Albaniż ta’ 32 sena, li kien sofra ġrieħi gravi wara li kellu argument ma’ xi persuni.

Skont il-Pulizija, minn investigazzjonijiet li saru jirriżulta li lbieraħ ġew arrestati żewġt irġiel mis-Serbja, li għandhom 39 sena u 31 sena rispettivament.

Il-Pulizija għamlu tfittxija fuq dawn il-persuni, fejn fuqhom instabet droga suspettata ħaxixa tal-kannabis u kokaina, kif ukoll ponn tal-ħadid.

Illum, il-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan għamlu tfittxija fir-residenza ta’ dawn il-persuni fl- Imsida, u hemmhekk sabu ammont ta’ droga suspettata droga ħaxixa tal-kannabis u raża tal-kannabis.

Iżjed tard, il-Pulizija arrestat raġel ta’ 42 sena mill-Maċedonja li kien sejjer f’din ir-residenza u minn tfittxija li saret fuqu, il-Pulizija sabu iżjed droga suspettata ħaxixa tal-kannabis, raża tal-kannabis, kokaina u MDMA.

Il-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli ġiet infurmata bis-sejba u ordnat inkjesta fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin u dawn il-persuni għandhom jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Droga

Uffiċjali tad-Dwana rnexxielhom isibu kwantita’ kbira ta’ droga kokaina. Is-sejba saret dalgħodu f’4 kontejners waqt ħidma li saret mid-Dwana fil-Port Ħieles. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li wara li ġew skenjati…

Saħħa

Huma fost l-aktar annimali li l-bniedem jistkerraħ u possibilment bl-akbar appoġġ li jigu vvalenati. Dawn huma l-ġrieden u l-firien li hu pruvat li jistgħu jkunu ta’ theddida għas-saħħa pubbliku għax…

Internet

Bosta mis-siti elettroniċi tal-Gvern għad m’għandhomx verżjoni bil-Malti jew m’għandhomx l-informazzjoni kollha bil-Malti wkoll. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti qajjem dan il-punt mal-awtoritajiet iżda s-sitwazzjonijiet ma nbidlitx. Għalkemm l-ilsien Malti hu…

Infrastruttura

Sittin fil-mija tal-ilma li jasal fid-djar tal-Maltin ġej mill-impjanti ta’ desalinizzazzjoni. F’intervista ma’ TVM, il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Richard Bilocca spjega li l-pjan tal-korporazzjoni hu li dan jiżdied biex…

Aktar