Kronaka
Argument bejn żewġt tfajliet – waħda tweġġa’ gravi

Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart, il-Pulizija ġew infurmati li kien seħħ argument bejn żewġ persuni ġewwa stabbiliment fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ argument bejn tfajla ta’ 18-il sena li tgħix is-Siġġiewi u tfajla oħra ta’ 18-il sena li tgħix Pembroke. Waqt dan l-argument allegatament intużat tazza.

It-tfajla li tgħix is-Siġġiewi marret f’ċentru tas-saħħa u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.