Kronaka
Argument f’residenza jwassal biex jitwaddbu xi affarijiet fosthom televiżjoni

Argument żgħir f’residenza wassal sabiex bdew jitwaddbu xi affarijiet fosthom televiżjoni.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11pm fi Triq Kampanella, il-Fgura.

Fuq il-post issejħet il-Pulizija wara li rċeviet rapport ta’ storbju. Hemm sabet argument fit-tielet sular fejn bdew jitwaddbu xi affarijiet.

Waqt li l-Pulizija kkontrollaw is-sitwazzjoni, tvm jinsab informat li se jittieħdu passi kontra n-nies involuti fosthom talli kisru l-paċi pubblika.