Sport
Arja ta’ festa fost l-atleti Maltin tal-Ispecial Olympics li kisbu 40 medalja

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti Maltin kisbu midalji fid-9 dixxiplini li Malta kkompetiet fihom.

Spettaklu fiż-Zayed Sport City Stadium f’Abu Dhabi temm il-logħob dinji tal-olimpjadi speċjali, fl-Emirati Għarab Magħquda. Id-190 kontinġent ta’ atleti b’diżabbiltà intelletewali ċċelebraw is-suċċess miksub fl-isfond ta’ spettaklu minn artisti internazzjonali, fosthom il-kantanta Nicole Scherzinger. Fost is-7,500 atleta li mxew qalb iċ-ċapċip, kien hemm it-28 atleta Malti, li bejniethom rebħu 40 medalja.

L-atleti Maltin kisbu 12-il midalja tad-deheb, 13 tal-fidda u 15 tal-bronż. L-akbar suċċess kien ta’ Philip Gruppetta fil-bowling. Hu rebaħ tliet midalji tad-deheb, waqt li erba’ atleti oħra Maltin fl-istess dixxiplina kisbu d-deheb. Malta kisbet id-deheb ukoll fiċ-ċikliżmu, fl-għawm u fl-atletika. Atleti Maltin kisbu midalji fid-9 dixxiplini sportivi li kkompetew fihom.

Mart il-Prim Ministru u President ta’ Special Olympics Malta, Michelle Muscat, qalet li l-logħob dinji kien ċelebrazzjoni tas-sagrifiċċju u l-ħidma li ilhom iwettqu l-atleti Maltin. Hija qalet li se tibda t-tħejjija għal-logħob dinji tal-olimpjadi speċjali li jmiss li se jsiru f’Berlin 4 snin oħra.

Il-kontinġent Malti mistenni jasal lura Malta il-Ġimgħa fis-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Għar Ħanex kien għar naturali mal-kosta tal-Qrendi bejn Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi. Din il-formazzjoni ġeoloġika rat l-elementi tan-natura jwasslu biex jumejn ilu l-għar iġġarraf. Minfloku ffurmat tieqa, li iżda…

Lokali

Ir-riħ qawwi mix-xlokk il-lvant, forza 7, tella’ kwantità kbira ta’ ramel fit-triq mill-bajja tal-Għadira. Il-preżenza ta’ daqstant ramel fit-triq ħolqot diffikultajiet għas-sewqan tal-vetturi, b’xi karozzi dehru jinstaqu b’diffikultà. Is-sitwazzjoni kienet…

Lokali

Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan, permezz tal-kelliema tiegħu, Morgan Ortagus faħħar il-pożizzjoni tal-Gvern Malta wara li rrifjuta li żewġ ajruplani militari Russi jgħaddu mill-ispazju tal-ajru Malti. L-ajruplani kellhom itiru mis-Sirja għall-Venezwela. Il-Gvern…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena mill-Imsida ttieħed l-isptar wara li baqa’ dieħel f’arblu. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4pm fi Triq il-Kosta. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni…

Aktar