Knisja Maltija
Armel u missier ta’ tliet żgħażagħ fost għaxar saċerdoti ġodda llejla

Tony Pace minn Ħal Safi u Osmar Baldacchino mis-Siġġiewi huma tnejn minn 10 djakni li llejla se jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Mons Charles Jude Scicluna.

Il-quddiesa tal-ordinazzjoni saċerdotali se ssir il-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re’ f’Raħal Ġdid, tibda fis-6.30 p.m u se tixxandar dirett fuq TVM2.

Osmar daħal is-Seminarju ta’ 17-il sena waqt li Tony kien pensjonant tant li għadu kemm għalaq 67 sena. Ara x’qalu dwar kif huma jħarsu lejn l-eta’ u l-mixja għas-saċerdozju:

F’Novembru 2017, tvm.com.mt kien wasslilkom l-esperjenza tas-seminarista Tony Pace, missier ta’ tliet żgħażagħ li beda l-mixja għas-saċerdozju wara l-mewt ta’ martu, Joan. Wieħed minn uliedu miexi wkoll f’din it-triq.

Segwi iktar hawn:

Missier u ibnu se jsiru saċerdoti – lissen ix-xewqa lil martu fuq is-sodda tal-mewt

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ippospona d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għall-bini ta’ supermarket tal-Lidl fi Triq Ħ’Attard Ħaż-Żebbuġ li huwa ppjanat li jsir fuq medda art ta’ 2,200 metru kwadru flimkien ma’ parkeġġ…

Turiżmu

Skont studju kkummissjonat mill-MHRA, sitta fil-mija tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra għal kif kien qabel il-pandemija tal-COVID-19. 17% qalu li n-numri tat-turisti tas-sena li…

Lokali

Mit-tlieta ta’ Awissu li ġej ħaddiema barranin jistgħu jerġgħu jibdew japplikaw għas-single permit, li huwa permess ta’ xogħol u anki residenza f’Malta. Is-Segretarju Parlamentari, Alex Muscat qal li minħabba l-pandemija, il-ħaddiema…

Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

Aktar