Mużika
Arpista Maltija b’suċċessi fl-Irlanda – tirbaħ il-fidda fil-Kampjonat Dinji

Michelle Paris hija mużiċista u kompożitiriċi li l-passjoni kbira li għandha għall-mużika tradizzjonali Irlandiża ddistingwietha bir-rebħ ta’ midalji prestiġjużi lil hinn minn xtutna.

Il-mużika tradizzjonali Irlandiża għandha għeruq li jmorru lura eluf ta’ snin. Għandha ritmu uniku magħmul minn noti melodjużi li tikkomunika l-istorja dinamika ta’ dan il-poplu.

Michelle Paris hija mużiċista żagħżugħa kunsidrata bħala eċċezzjoni u rarità fiż-żminijiet kontemporanji billi tispeċjalizza f’din it-tip ta’ mużika permezz tad-daqq tal-arpa Irlandiża.

“Dan m’hemmx kotba biex titgħallem kif iddoqq din il-mużika – titgħallimha bit-tradizzjoni orali u titlaqa’ ma’ professjonisti li jgħaddulek is-sengħa tagħhom” qalet Michelle.

Michelle ilha ddoqq l-arpa għal dawn l-aħħar sittax-il sena u speċjalizzat fl-arpa Irlandiża wara li għaxar snin ilu ħalliet pajjiżna biex tkompli tispeċjalizza f’dan l-istrument fir-Renju Unit.

Fl-aħħar ġimgħat kompliet tiddistingwi ruħha meta f’festival f’Drogheda, fl-Irlanda, li attendew għalih man-nofs miljun ruħ mill-erbat’irjieħ tad-dinja, rebħet unur biex kompliet iżżid mas-suċċessi miksuba aktar kmieni din is-sena.

Michelle qalet li “din is-sena kienet speċjali immens għax irbaħt midalja tal-fidda fil-World Championships li saru fl-Irlanda. L-atmosfera li ddoqq fit-triq ma’ nies li qatt ma ltqajt magħhom u li jilqgħu l-barranin. Huma veru japprezzaw li tkun barrani u tħobb din it-tip ta’ kultura u jilqgħuk b’idejn miftuħa and that’s the best celebration of diversity that I’ve ever seen.”

Fl-aħħar kompetizzjoni li kellha fl-Irlanda, il-mużiċista addattat u daqqet mużika Maltija bl-arpa Irlandiża.

Għal din l-edizzjoni, magħrufa bħala l-Fleadh Cheoil, Michelle sabet apoġġ finanzjarju mill-Fond għad-Diplomazija Kulturali tal-Ministeru għall-Affarjiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ. Il-mużiċista qalet li issa taspira li taħdem m’artisti lokali biex jgħaqqdu l-mużika tagħhom mal-arpa Irlandiża.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

164 pajjiż fosthom Malta iffirmaw dak li qed jissejjaħ Patt Globali dwar l-Immigrazzjoni Ordnata u Regolari. Waqt ċerimonja f’Marrakech fil-Marokk, intqal li dan il-patt se jwassal għall-immaniġġjar aħjar tal-migrazzjoni f’tentattiv…

Lokali

L-iskart organiku li beda jinġabar fl-aħħar xahar u nofs diġà qed jiġġenera l-enerġija daqskemm tintuża minn aktar minn 6,000 familja. Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv David Borg qal lil TVM li l-iskema…

Lokali

L-Awditur Ġenerali innota li t-tisħiħ fil-liġi tal-volontarjat li saru din is-sena għandhom isaħħu jdejn il-Kummissarju tal-Volontarjat fil-funzjoni regolatorja u l-governanza fis-settur tal-volontarjat. F’rapport li ppreżenta lill-Parlament, l-Awditur Generali Charles Deguara…

Lokali

Għalkemm qed ngħixu f’dinja li saret raħal u miżgħud b’mezzi teknoloġiċi, qed tikber il-pjaga tas-solitudni u magħha l-esklużjoni soċjali. Il-problema tinħass fil-faxex kollha tas-soċjetà, mit-tfal sal-anzjani u taf tiggrava fiż-żminijiet…

Aktar