Kronaka
Arrestat fi Spanja t-tielet suspettat fil-qtil doppju f’Tas-Sliema

Illum wara nofsinhar ġie arrestat it-tielet suspettat allegatament involut fil-qtil doppju li seħħ f’Tas-Sliema l-ġimgħa li għaddiet.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-suspettat ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat f’lukanda f’Cadiz, fi Spanja, f’ħidma konġunta bejn il-Pulizija Maltija u dik Spanjola, permezz tas-sezzjonijiet rispettivi tal-Interpol.

Kif sar magħruf li s-suspettat telaq minn Malta nhar il-Ġimgħa li għadda, il-Pulizija Maltija qalet li bdiet il-proċeduri biex jinħareġ Mandat t’ Arrest Ewropew, u għamlet kuntatt mal-Pulizija Spanjola biex ladarba jinqabad, jiġi estradit lejn Malta.

Issa mistenni jibda l-proċess fil-Qrati Spanjoli sabiex is-suspettat, li TVM huwa infurmat li hu Daniż, jiġi estradit lejn Malta biex jitressaq il-Qorti akkużat bl-involviment tiegħu fil-qtil doppju ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski fit-18 t’Awwissu.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: It-tielet suspettat huwa Daniż li ħarab lejn Spanja