Qorti
Arrestat fl-Italja wara li ħarab minn Malta qabel ma beda l-ġuri

Niġerjan li ħarab mill-ġustizzja Maltija nġieb lura wara li ġie arrestat fl-Italja.

Theophilus Nwadike ta’ 39 sena kien mistenni jitressaq il-Qorti flimien ma’ Kenneth Duru ta’ 41 sena b’akkużi b’rabta ma’ traffikar ta’ droga eroina fl-2010. Kemm Duru kif ukoll Nwadike kienu ħarbu minn Malta ftit qabel ma kienu se jgħaddu ġuri.

Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, l-Assistent Kummissarju Dennis Theuma qal li Nwadike nstab fl-Italja xahar ilu wara li qatta’aktar minn sena maħrub.

Min-naħa tiegħu Duru kein ġie arrestat f’Diċembru li għadda u nġieb lura Malta b’arrest bħal Nwadike.

Iż-żewġt irġiel mistennija jgħaddu ġuri b’rabta mal-każ.