Arrestat f’Pozzallo waqt li kien qed iġorr il-kannabis lejn Malta

Rumen ta’ 29 sena ġie arrestat fil-port ta’ Pozzallo fi Sqallija wara li fil-bagalja li kien ġej biha Malta nstabu mal-għaxar kilogrammi raża tal-kannabis.

L-uffiċjali mill-Guardia di Finanza sabu d-droga moħbija f’49 pakkett imgeżwra sew fil-plastik f’bagalja żgħira li kien qed iżomm f’idu.

Id-droga nstabet wara li r-Rumen ġie nnutat jaġixxi b’mod suspettuż waqt li kien fil-port qed jistenna biex jibda l-vjaġġ lejn Malta. Wara li r-Rumen ma kkonvinċix lill-uffiċjali li bdew jagħmlulu xi mistoqsijiet, saret it-tftittxija fil-bagalja u minnufih ġie arrestat.