Lokali
Arrestat fuq allegat pussess ta’ droga waqt ronda ta’ rutina mill-Pulizija

L-arrest sar fl-inħawi ta’ Pjazza Fra Diegu l-Ħamrun

Raġel ġie arrestat fil-Ħamrun fuq allegat pussess ta’ droga.  L-arrest sar għall-ħabta tas-2.15pm mill-Pulizija tat-Taqsima ta’ kontra d-Droga u r-Rapid Intervention Unit fl-inħawi ta’ Pjazza Fra Diegu, il-Ħamrun.

tvm.com.mt huwa infurmat li l-Pulizija kienu għaddejjin bil-ħidma tagħhom bħala parti mir-rondi ta’ rutina meta ġiehom suspett f’karozza li kienet għaddejja mill-inħawi.

Saru tfittxijiet mill-Pulizija f’karozza bla pjanċi

Xhieda fuq il-post qalu li l-Pulizija waqqfu karozza li kienet għaddejja minn Triq il-Kbira San Ġużepp li kienet qed tinstaq bla pjanċi, ġiehom suspett u għamlu xi tfittxijiet fiha.

Numru ta’ persuni, uħud Maltin u oħrajn barranin, ittieħdu mill-Pulizija fl-Għassa tal-Ħamrun għal iktar stħarriġ dwar il-każ.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Michelle Paris hija mużiċista u kompożitiriċi li l-passjoni kbira li għandha għall-mużika tradizzjonali Irlandiża ddistingwietha bir-rebħ ta’ midalji prestiġjużi lil hinn minn xtutna. Il-mużika tradizzjonali Irlandiża għandha għeruq li jmorru…

Kultura

Il-Feniċi – poplu mil-Lvant Nofsani li waqfu kolonja tagħhom f’Malta fl-ewwel millenju Qabel Kristu. Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li firxet tul il-Baħar Mediterran u dan jistgħu…

Stejjer Umani

Iċ-ċkejken Katriel Zahra tant maħbub għall-ispirtu altruwist tiegħu minkejja li jbati minn kundizzjoni rari, dalgħodu wettaq ħolma oħra li kellu, li jaqta’ x-xagħar ta’ tifel bħalu b’risq il-Malta Community Chest…

Knisja Maltija

L-Azzjoni Kattolika Maltija għaddejja bi proġett biex dar li għandha f’Ħal Balzan tinbidel f’post li tkun tista’ tagħti kenn lill-familja jew persuni li għal xi raġuni jew oħra jispiċċaw ma…

Aktar