Kronaka
Arrestat fuq allegat serqa minn villa f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 39 sena minn San Pawl il-Baħar, il-lejl illi għadda ġie arrestat mumenti biss wara li allegament seraq ammont żgħir ta’ ġojjellerija minn villa f’San Pawl il-Baħar.

Kienu ftit qabel nofs il-lejl x’ħin il-Pulizija fl-Għassa tal-Qawra ġew infurmati li fi Triq Andrew Cunnigham hemm raġel suspettuż liebes ilbies skur. Immedjatament marru l-Pulizija li malli waslu qabdu lir-raġel ħiereġ mir-residenza, li bħalissa mhix abitabbli, b’xi kaxxi f’idu.

Huwa ġie arrestat u qiegħed jinżamm għal aktar stħarriġ. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti għada filgħodu filwaqt li qed jiġi akkużat ukoll b’serqa oħra mill-istess żona.

L-investigazzjonijiet qed isiru mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Instab post alternattiv biex id-detox ma jibqax fejn l-isptar San Luqa fi G’Mangia. Dan ġie konfermat mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti li madankollu ma tax dettalji tal-post…

Kronaka

Ir-raġel li lbieraħ il-Pulizija ppubblikaw ritratti tiegħu qed ikun imfittex b’rabta ma’ serqa li seħħet ix-xahar illi għadda f’Tas-Sliema. Il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex issib lil dan ir-raġel. Minn stħarriġ…

Saħħa

Kollaborazzjoni bejn kumpanija fil-qasam tal-farmakoloġija li tinsab ibbażata f’Malta u riċerkatur Taljan qed twassal għal iżjed riċerka fit-terapija għall-kanċer. Din ir-riċerka hi ibbażata fuq sustanti meħuda minn pjanti mediterranji. Il-Professur…

Aktar