Lokali
Arrestat raġel li allegatament huwa l-moħħ wara l-ħruq ta’ diversi vetturi

Wara diversi jiem ta’ investigazzjoni, il-Pulizija mill-Arsons Unit fi ħdan l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri arrestaw raġel ta’ 24 sena li joqgħod Ħaż-Żabbar. Dan wara li l-Pulizija waslitilhom informazzjoni li kienet qiegħda ssir konspirazzjoni ta’ ħruq ta’ vettura.

Inħareġ mandat għal din il-persuna li wassal biex ġie arrestat ilbieraħ. Ir-raġel ta’ 24 sena, li allegatament huwa l-moħħ wara diversi ħruq ta’ vetturi, mistenni jitressaq il-qorti għada quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia u jiġi akkużat bil-konspirazzjoni ta’ ħruq ta’ vettura u kif ukoll li ħoloq biża’ ta’ vjolenza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.