Kronaka
Arrestat ir-raġel li kien imfittex mill-Pulizija

Il-Pulizija arrestat lil David Liniker Micallef li għandu 31 sena.

Huwa ġie arrestat fi Triq in-Naxxar, Birkirkara waqt li kien dieħel fid-dar t’ommu għall-ħabta tas-2.15pm.

TVM infurmat li David Liniker Micallef ma kienx deher il-Qorti għal sentenza ta’ appell fuq każ ta’ serq, liema appell inqata kontrih u weħel sentejn ħabs.

Għaldaqstant peress li ma deherx il-Qorti bdiet tfittxija għalih mill-Pulizija u aktar tard intalbet l-għajnuna tal-pubbliku.

Minnufih ir-raġel wara li ġie arrestat ittieħed il-ħabs.

Micallef, li fil-passat tressaq il-qorti u nstab ħati ta’ diversi reati, fosthom fuq droga u serq minn pompi tal-petrol, qed jingħad li jiffrekwenta l-inħawi ta’ Birkirkara.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, Joe Farrugia qal li l-baġit juri li hemm xejriet makro ekonomiċi pożittivi ħafna. Qal li l-baġit kien wieħed bla skossi b’enfasi fuq is-sostenabbilità. Qal…

Budget

Il-Kap Eżekuttiv għall-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, Daniel Borg, qal li l-Kamra tilqa’ t-tkomplija tal-Gozo Employment Scheme, il-Film Fund u l-ħolqien tal-Awtorità Reġjonali għal Għawdex, għalkemm qal li wieħed għandu jaħseb ukoll…

Budget

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja qal li l-baġit kien wieħed bilgħaqal. Qal li l-GWU sodisfatta li l-Gvern daħħal diversi tal-GWU fil-baġit. Ara l-kumment ta’ Josef Bugeja:

Budget

B’reazzjoni għall-baġit il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista qal li l-baġit ma ppreżenta l-ebda pjan kif se jlaħħaq mat-traffiku u ż-żieda fil-karozzi, u lanqas kif se jtaffi t-tniġġis. Fost oħrajn, qal…

Aktar