Kronaka
Arrestat is-sewwieq issuspettat li lbieraħ tajjar mara fil-Gżira u baqa’ sejjer

Il-Pulizija arrestat lis-sewwieq li huwa ssuspettat li wettaq ‘hit and run’ fil-Gżira lbieraħ waranofsinhar.

Fl-inċident mara ta’ 47 sena sofriet ġrieħi serji wara li ntlaqtet u tkaxkret minn vettura li baqgħet sejra.

Is-suspettat sewwieq involut huwa raġel ta’ 61 sena min-Nadur, li l-Pulizija waslet għalih wara li identifikat il-vettura tal-għamla Ottawa YT30 li allegatament kien qed isuq.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ara wkoll:

Fil-Gżira: Mara fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet u tkaxkret minn vettura li baqgħet għaddejja