Barranin
Arrestat is-suspettat li wettaq attakk b’sikkina f’Birmingham

Il-Pulizija tal-West Midlands, fir-Renju Unit, arrestat raġel ta’ 27 sena li huwa ssuspettat li qatel raġel u ħalla sebgħa oħra feruti f’attakk b’sikkina fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu.

Il-Pulizija qalu li r-raġel, li xxandru filmati tiegħu meħuda minn kameras tas-sigurtà, inqabad fl-inħawi ta’ Selly Oak u qed jiġi interrogat.

L-attakk seħħ f’erba’ inħawi f’Birmingham f’temp ta’ 90 minuta. L-ewwel sejħa għall-għajnuna waslet għall-ħabta tan-nofsiegħa, fejn raġel f’Constitution Hill sofra ġrieħi ħfief.

Madwar 20 minuta wara l-Pulizija ssejħet f’Livery Street, fejn żagħżugħ ta’ 19-il sena sofra ġrieħi serji u mara kellha xi ġrieħi. Għall-ħabta tas-1.50am intalbet l-għajnuna f’Irving Street, fejn raġel ta’ 23 sena ngħata daqqiet fatali, u raġel ieħor weġġa’ serjament.

Madwar 10 minuti wara, il-Pulizija ssejħu f’Hurst Street, fejn raġel ta’ 32 sena weġġa’ serjament u żewġ irġiel oħra sofrew ġrieħi inqas gravi.

Il-Pulizija qalet li f’dan l-istadju qed timxi mat-teżi li l-persuni ġew attakkatti bl-addoċċ.

Ara wkoll:

Raġel jinqatel f’Birmingham f’attakk b’sikkina

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar