Barranin
Arrestat l-ex President Franċiż Sarkozy

L-ex President Franċiż Nicolas Sarkozy qed jinżamm taħt arrest wara allegazzjonijiet li saru fil-konfront tiegħu dwar fondi illeċiti.

Sarkozy allegatament aċċetta fondi għall-kampanja elettorali tiegħu mill-mexxej Libjan Muammar Gaddafi.

L-irregolaritajiet fil-fondi ta’ Sarkozy ħarġu fil-beraħ fl-2007.

L-investigazzjonijiet infetħu fl-2013 wara li kien hemm xamma li Sarkozy ibbenefika minn fondi illeċiti ta’ Gaddafi.

L-allegazzjonijiet saru minn negozjant Ziad Takieddine u xi ex uffiċjali tar-reġiment ta’ Gaddafi.