Kronaka
Arrestat raġel b’rabta ma’ allegat traffikar u abbuż tad-droga f’Birkirkara

Raġel ġie arrestat b’rabta ma’ allegat traffikar u abbuż tad-droga f’residenza, f’Birkirkara.

Dan wara investigazzjoni oħra mmexxija mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra Drogi flimkien mas-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit (RIU) marru fil-post fejn fil-imsemmija residenza sabu raġel ta’ 41 sena.

Minn tfittxija li saret fir-residenza, il-Pulizija sabet sustanza suspettat droga ħaxixa lesta biex
tiġi traffikata. Il-Pulizija sabet ukoll miżien elettroniku u affarijiet oħra relatati mat-traffikar
tad-droga.

Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo li ordnat li ssir
inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.