Kronaka
Arrestat raġel b’rabta ma’ flejjes li joriġinaw minn kriminalità organizzata

Wara xhur ta’ sorveljanza, Finlandiż ġie arrestat fuq bażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew u Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea. Il-Pulizija qalet fi stqarrija li r-raġel ġie arrestat bħala parti minn operazzjoni bl-isem “Operation Webmaster” li saret f’14-il pajjiż inkluż Malta. Operation Webmaster tiffoka fuq il-flejjes li joriġinaw minn kriminalità organizzata u waslet għal diversi arresti.

L-operazzjoni kienet ikkoordinata mill-Eurojust u l-Europol. F’Malta kienet ikkoordinata bejn l-Intelligence Unit, l-Economic Crimes Unit, il-Vice Squad, l-International Relations Unit assistiti mill-iSpecial Intervention Unit. Ir-raġel ġie arrestat f’residenza f’San Ġiljan.

Ir-raġel barrani ser jitresaq l-Qorti fuq il-bażi tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew fil-jiem li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Liam Debono, li jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri, ġie arrestat f’Ħal Luqa wara li nqabad isuq bla liċenzja. TVM infurmat li  kienu għall-ħabta tal-5.30pm, Debono ntlemaħ isuq…

Statistika

L-għadd ta’ inċidenti rrappurtati fl-ewwel tliet xhur tas-sena żdiedu b’aktar minn 8% meta mqabbla mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, bejn Jannar u Marzu kienu rappurtati 3,656…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Aktar