Kronaka
Arrestat raġel b’rabta mal-ħruq tal-Ark ta’ San Publiju

Wara jiem ta’ investigazzjonijiet, ilbieraħ filgħaxija l-pulizija arrestat raġel b’rabta mal-ħruq tal-ark tal-festa ta’ San Publiju l-Floriana.

TVM huwa nfurmat li r-raġel, li għandu 33 sena, huwa mill-Belt Valletta. Huwa ġie identifikat wara analiżi bir-reqqa ta’ filmati minn CCTV cameras li hemm fl- akkwati.

Il-każ seħħ fil-lejl tas-27 ta’ April għall-ħabta tas-1.30am.

B’kawża t’hekk, erba’ karozzi ħadu n-nar.

L-ark kien armat fi Triq San Tumas kantuniera ma’ Triq San Publiju.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum.

Ara wkoll:

ARA: Jieħu n-nar l-ark tal-festa ta’ San Publiju – 4 karozzi jieħdu n-nar

Aħbarijiet Oħra
Eurovision

Eliana Gomez Blanco se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2019 li se ssir fil-Polonja fl-24 ta’ Novembru. Fit-tieni u t-tielet post ikklasifikaw Leah Cauchi u Martina Cutajar rispettivament….

Statistika

Minkejja ż-żieda fit-traffiku, ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fit-tieni kwart tas-sena bejn April u Ġunju kien hemm tnaqqis żgħir fl-inċidenti tat-traffiku u fil-korrimenti fihom. Iċ-ċifri juru li f’dawn…

Annimali

Dalgħodu kull min kien qed igawdi ġurnata baħar fl-Għadira ħa sorpriża ħelwa hekk kif niżel jgħum man-nies fjammingu. Skont il-BirdLife, il-fjammingi żgħar, għalkemm ipassu mal-adulti, xi kultant jistpiċċaw jitbegħdu mill-grupp…

Kronaka

€15,400 mhux iddikjarati ġew konfiskati mill-uffiċjali tad-dwana fl-Ajruport ta’ Malta. L-uffiċjali waqqfu passiġġier li kien mistenni jitlaq minn Malta b’ammont ta’ flus mhux iddikjarati. Huwa ikkopera mal-uffiċjali fejn aċċetta li jiġu…

Aktar