Kronaka
Arrestat raġel li allegatament tajjar anzjan

Raġel ta’ 29 sena li allegatament tajjar raġel ta’ 69 sena u baqa’ sejjer nhar il-11 ta’ Jannar ġie arrestat.

Allegatament huwa ġie arrestat waqt li kien qed isuq l-istess vettura li kien biha waqt il-ħin tal-inċident. L-arrest tar-raġel sar fl-istess waqt li l-Pulizja sabet il-vettura li allegatament kienet involuta fil-każ. Il-karozza tal-għamla Toyota Spacio nstabet fl-inħawi ta’ Għar Lapsi, fil-limiti tas-Siġġiewi.

Minn investigazzjonijiet illi saru ġew innotati ħsarat fuq il-vettura kompatibbli mal-inċident, fosthom il-parti fejn kien hemm il-mera, li tqaċċet, u li ġiet elevata mill-Pulizija minn fuq il-post tal-inċident erbat ijiem ilu.

Is-sewwieq tal-vettura qed ninżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ, fejn mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem illi ġejjin.

L-inċident kien seħħ fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi hu nieqes milli joffri kwalità ta’ ħajja. Fi stqarrija ffirmata mill-Viċi Kap David Agius u d-deputat Ivan Bartolo, il-Partit Nazzjonalista qal…

COVID-19

L-Awtorità tat-Turiżmu (l-MTA) qalet li f’ġimgħa 12-il stabbiliment instabu jiksru l-protokolli biex titrażżan l-imxija tal-COVID-19 u se tittieħed azzjoni legali kontrihom. L-awtorità qalet li fl-aħħar tmint’ijiem, uffiċċjali tagħha għamlu ‘l…

Edukazzjoni

Il-Kunsill Studenti Universitarji, il-KSU esprima tħassib għax għad m’hemmx pjan alternattiv għall-eżamijiet tal-MATSEC li se jsiru f’Settembru. Fi stqarrrija l-KSU qal li s’issa l-eżamijiet għadhom se jsiru b’mod fiżiku fis-swali…

Lokali

Id-deputat Claudio Grech ippreżenta lill-ispeaker Anġlu Farrugia rapport tal-aħħar sena ħidma tal-Fondazzjoni Save A Life, li waqqaf flimkien ma’ martu, seba’ snin ilu. Is-Sur Grech spjega li jgħaddi l-onorarja parlamentari…

Aktar