Lokali
Arrestat raġel li nqabad b’40 qartas tal-kokaina f’Għawdex

Ħidma mill-iskwadra ta’ Kontra d-Droga tul il-lejl li għadda f’Għawdex wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 55 sena, residenti l-Imsida.

Il-Pulizija qalet li l-raġel instab fil-pussess ta’ madwar 40 qartas b’sustanza suspettata kokaina filwaqt li prova jarmi l-istess sustanza.

Flimkien ma’ din is-sustanza nstabu wkoll miżien elettroniku u affarijiet oħra li jindikaw pussess aggravat u traffikar ta’ l-imsemmija sustanzi.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ordna li ssir Inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejji, bir-raġel li għada se jitressaq taħt arrest fil-Qorti t’Għawdex akkużat bil-pussess aggravat tad-droga.