Kronaka
Arrestat raġel suspettat b’sitt serqiet minn ħwienet

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena mill-Marsa suspettat li wettaq sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fl-aħħar ġimagħtejn.

L-arrest sar mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda.

Ir-raġel se jkun qed jitressaq il-Qorti iktar tard illum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo.

Huwa se jkun akkużat b’aktar minn 20 akkuża, fosthom li wettaq sitt hold-ups bejn is-7 u s-16 ta’ Jannar, 2020. Tnejn mill-hold-ups saru f’Ħal Qormi, tnejn f’Tas-Sliema, wieħed fil-Gżira u ieħor fl-Iklin.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li r-residenti kollha fiċ-ċentri miftuħa għandhom jiġu ttestjati għall-Coronavirus. F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Delia qal li għandu jsir iżolament tal-persuni li nstabu bil-Covid-19…

Politika

Xahar wara l-mewt ta’ Miriam Pace li sfat mirduma ħajja fid-dar tagħha fil-Ħamrun, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ressqet mozzjoni li titlob lill-Prim Ministru jaħtar bord ta’ inkjesta pubblika indipendenti biex fi żmien…

Lokali

Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) li jaqa’ taħt is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali qal li Malta wettqet pass ieħor lejn Politika Nazzjonali ta’ Aċċess Miftuħ. Fi stqarrija…

Knisja Maltija

Waqt il-messaġġ tiegħu għat-tfal fi żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa, l-Arċisqof Charles Scicluna daqq strument. Fil-filmat tiegħu, Mons. Scicluna reġa’ mar lura għal tfulitu u ġedded il-memorja billi ġab miegħu tliet affarijiet…

Aktar