Kronaka
Arrestat raġel wara li nqabad b’1.5kg kannabis

Raġel ta’ 28 sena ġie arrestat wara li nstab fil-pussess tad-droga.

Kien ilbieraħ meta l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat ir-raġel mill-Mosta wara li nstab fil-pussess ta’ aktar minn kilo u nofs sustanza kannella, allegatament raża tal-kannabis. Huwa nstab li kellu wkoll xi armi u munizzjon mhux skont il-liġi.

Ir-raġel qed jinżamm taħt arrest u mistenni jitressaq il-Qorti għada.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.