Kronaka
Arrestat raġel wara li nqabad bid-droga

F’iktar ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzju tad-Droga f’Għawdex, ilbieraħ wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 55 sena mir-Rabat, Għawdex.

Ir-raġel ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ ammont ta’ qratas suspettati droga eroina li juru li ma kinitx għall-użu personali tiegħu. Minn tfittxija li saret fir-residenza tiegħu, il-Pulizija sabu qartas ieħor suspettat li fih droga simili għal dik li nstabet fuqu, ammont ta’ flus kontanti u miżien.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Brigitte Sultana ġiet infurmata bis-sejba u ordnat inkjesta fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-raġel mistenni jitressaq il-Qorti taħt arrest quddiem il-Maġistrat Dr. Brigitte Sultana fis-sigħat li ġejjin akkużat bi traffikar u pussess aggravat ta’ droga eroina, li kkommetta t-tali reati f’distanza ta’ inqas minn mitt metru ta’ post fejn jiltaqgħu iż-żgħażagħ u li sar reċediv.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Disk Jockey Ingliż kien Malta għal vaganza mas-sieħba tiegħu, li għal ftit ma ntemmitx fi traġedja. Huwa waqa’ m’għola erba’ sulari mill-gallarija tal-kamra tiegħu fil-lukanda Seabank, fil-Mellieħa. L-inċident seħħ fil-15…

Attività

Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa għas-servizz pubbliku, matul il-ġurnata tal-Ħadd id-dipartiment tad-Dwana fetaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku f’Xatt Lascaris il-Belt. B’hekk il-pubbliku seta’ jara mill-qrib il-ħidma tal-uffiċjali tad-Dwana, li huwa dipartiment fi ħdan il-Ministeru…

Immigrazzjoni

Il-Forti Sant’ Anġlu, li għal medda ta’ snin kien l-għassies tal-kosta ta’ Malta, se jservi ta’ sfond għal-laqgħa tal-Ministri tal-Intern ta’ Malta, l-Italja, Franza u tal-Ġermanja, biex flimkien mal-Finlandja, li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li kemm bl-iżviluppi li qed isiru fl-infrastuttura, u anki bid-deċiżjonijiet għaqlin li ħa dwar il-prezzijiet taż-żejt, il-Gvern qed jipprepara lill-pajjiż għall-futur. Il-Prim Ministru ddikjara l-fiduċja…

Aktar