Lokali
Arrestat wara li beżża’ lin-nies ħdejn gabbana fil-Gżira

Żagħżugħ li beda jġib ruħu b’mod suspettuż qajjem tħassib fost persuni li lbieraħ filgħaxija kienu qed jaraw logħba tat-Tazza tad-Dinja fil-Gżira.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija qrib gabbana max-xatt li kienet qed ixxandar il-logħob tal-Fifa.

Xhieda fuq il-post qalu lil TVM li r-raġel, li huwa Ġermaniż u għandu madwar 20 sena, beda jġib ruħu b’mod aggressiv, fejn fost oħrajn beda jordna lil min kien qed ipejjep fil-viċinanzi biex jitlaq ‘l hemm, anki jekk iż-żona kienet kompletament miftuħa.

Minkejja li ħadd ma beda jagħtih fastidju, iż-żagħżugħ kien jidher aġitat, fejn ġabar ġebla mill-art u ħareġ ukoll oġġett bil-ponta, u baqa’ jżommhom f’idejh.

Wara li xi persuni ċemplu għall-assistenza, il-pulizija mis-sezzoni tal-RIU waslu fuq il-post u ħadu liż-żagħżugħ fl-għassa ta’ Tas-Sliema.

Allegatament iż-żagħżugħ beda jgħid li kien imbeżża’ peress li f’pajjiżu seħħew ħafna attakki terroristiċi.

Aħbarijiet Oħra
Politika Lokali

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li mill-konklużjonijiet tal-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-kumpanija Egrant l-aktar ħaġa xokkanti hi kif xi ħadd b’mod deliberat u ppjanat iffalsifika dokumenti bil-għan li jagħmel…

Politika Lokali

F’ittra lill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, il-Membru Parlamentari Ewropew, Miriam Dalli qalet li l-pożizzjoni ta’ Simon Busuttil m’għadhiex tenibbli wara r-riżultati tal-inkjesta fil-każ ta’ Egrant. Hija qalet li, il-pożizzjoni ta’…

Lokali

Occupy Justice u Awturi qalu li jinsabu tassew iddispjaċuti jaraw l-alleanza politika bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni tikkonsolida ruħha biex tinħeba l-verità u titbiegħed il-ġustizzja. Fi stqarrija, qalu li hu dmir…

Lokali

Il-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qalet li l-pubbliku Malti ma jistax sempliċiment jaċċetta l-fatt li qatt ma jkun jaf għal min twaqqfet il-kumpanija Egrant. F’dikjarazzjoni lill-midja, il-familja Caruana Galizia qalet…

Aktar