Barranin
Arrestat wara li ftakar l-informazzjoni ta’ 1,300 karta ta’ kreditu tal-klijenti

Nisimgħu b’diversi każijiet ta’ frodi, biss dan il-każ jaf jissorprendik.

F’Tokyo Yusuke Taniguchi  ta’ 34 sena ġie arrestat wara li kien akkużat li seraq informazzjoni ta’ 1,300 karta tal-kreditu u xtara minn fuq l-internet bihom.

Skont il-Pulizija, Taniguchi kien jaħdem fuq bażi ta’ part time f’ħanut fejn in-nies iħallsu bil-karta tal-kreditu. Jidher li l-akkużat kien jiftakar in-numru tal-karta li fih 16-il numru, l-isem, id-data ta’ meta tiskadi u l-kodiċi ta’ sigurtà. Dan kollu kien jagħmlu waqt li kien jipproċessa l-ħlas.

Il-Pulizija sabu ktieb li fih kien jikteb dawn id-dettalji kollha. Kienu bosta li baqgħu mbellħa kif dan kien jiftakar dawn id-dettalji kollha.

Jidher li Taniguchi kien jixtri l-affarijiet u wara jerġa’ jbigħhom.

Minkejja li għandu moħħ tajjeb biex jiftakar dawn id-dettalji huwa għamel żball oħxon dak li meta jixtri l-affarijiet kien jikteb l-indirizz tiegħu. Huwa nqabad wara li xtara żewġ basktijiet jiswew 270,000 yen.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-uffiċjali tal-Guardia Costiera Lucia Licciardi u Leopoldo Manna ġew akkużati bi qtil ta’ 268 persuni fosthom 60 tifel u tifla wara li naqsu milli jaqdu dmirijiethom. Il-każ imur lura għall-11…

Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Barranin

Sarah Thomas kisret rekord tal-għawm meta qasmet mir-Renju Unit sa Franza erba’ darbiet fuq xulxin, tant li qattgħet 54 siegħa fl-ilma. Thomas, li għandha 37 sena u hija Amerikana, hija…

Aktar