Barranin
Arrestat wieħed mill-ikbar kapijiet ta’ ċrieki kriminali tad-droga – Tse Chi Lop

Il-Pulizija fl-Olanda arrestaw wieħed mill-ikbar kapijiet ta’ ċrieki kriminali tad-droga Tse Chi Lop, ta’ 56 sena, li huwa Ċiniż imwieled il-Kanada. Tse Chi Lop ġie arrestat wara mandat ta’ arrest maħruġ mill-Awstralja. Huwa mifhum li Chi Lop huwa kap ta’ dak li jissejjaħ The Company li jiddomina mas-sebgħin biljun dollaru ta’ droga illegali fis-suq tal-kontinent Asjatiku.

Tse Chi Lop huwa l-iktar bniedem imfittex u nżamm fl-ajurport ta’ Schipol fl-Olanda. L-Awstralja issa se tkun qed titlob għall-estradizzjoni tiegħu biex dan jaffaċċja ġuri.

Il-pulizija federali Awstraljana temmen li The Company, magħruf ukoll bħala Sam Gor Syndicate huwa responsabbli għal sebgħin fil-mija tad-droga llegali li tidħol l-Awstralja.

Tse Chi Lop huwa mqabbel ma’ kriminal ieħor kbir tad-droga El Chapo. Tse Chip Lop ilu mfittex mill-pulizija Awstraljana għal aktar minn għaxar snin. Meta ġie arrestat l-Olanda huwa kien fi triqtu għall-Kanada.