Lokali
Arrestat żagħżugħ b’rabta ma’ serqa f’Bormla

Żagħżugħ ta’ 17-il sena mill-Birgu ġie arrestat ilbieraħ b’rabta mas-serqa li seħħet f’ħanut Bormla.

Huwa ġie arrestat il-Birgu stess f’inqas minn 24 siegħa li seħħet l-allegata serrqa.

Mill-istħarriġ tal-Pulizija, l-akkużat daħal fil-ħanut b’arma taqta’ u bil-ponta talab il-flus lill-kaxxiera u ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Iż-żagħżugħ mistenni jitressaq il-qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras.

Ara wkoll:

Serqa armata minn ħanut f’Bormla llejla – il-ħalliel ħarab bil-flus