Kronaka
Arrestat żagħżugħ li allegatament seraq kexxun tal-flus minn restorant ta’ lukanda f’San Pawl il-Baħar

Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Tarxien ġie arrestat il-lejl li għadda dwar serqa minn lukanda f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija qalet li għall-ħabta tal-11:30 p.m. irċeviet rapport minn ħaddiema ta’ lukanda fi Triq il-Qawra li persuna kienet għadha kemm serqet il-kexxun tal-flus minn restorant fil-lukanda u kienu qed jissuspettaw f’raġel li kien fil-viċinanzi tal-lukanda.

Fi triq fl-akkwati, il-Pulizija tad-Distrett innutaw żagħżugħ suspettuż li kien jaqbel mad-deskrizzjoni li taw il-ħaddiema.

Hu ġie arrestat u minn tfittixja li saret fuqu nstab li kellu dak li l-Pulizija sejħu ammont konsiderevoli ta’ muniti.

Iż-żagħżugħ ittieħed il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Knisja f’Malta tfakkar fl-importanza li jiġu osservati l-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal-imxija tal-COVID-19. Fi stqarrija qalet li filwaqt li jibqgħu japplikaw il-miżuri tad-distanza soċjali, it-teħid tat-temperatura u miżuri oħra, kull min…

Lokali

Bosta għaqdiet tal-annimali bbenefikaw minn madwar €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt ‘A Night at the Palace’. Waqt il-preżentazzjoni tad-donazzjonijiet lill-għaqdiet tal-annimali, il-mara tal-Prim Ministru Dr Lydia Abela qalet li hija…

Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Aktar