Barranin
Arrestata bint il-fundatur tal-kumpanija Huawei

It-tifla tal-fundatur tal-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Ċiniża Huawei ġiet arrestata fil-Kanada u ser tiġi estradita lejn l-Istati Uniti.

Meng Wanzhou, id-Deputat Chairperson tal-kumpanija, ġiet arrestata fl-1 ta’ Diċembru f’Vancouver. Ma ngħatawx dettalji dwar l-arrest iżda l-Istati Uniti kienet qed tinvestiga l-Huawei dwar possibiltà ta’ ksur ta’ sanzjonijiet kontra l-Iran.

L-ambaxxata Ċiniża fil-Kanada pprotesat għal dan l-arrest u talbet biex Wanzhou tinħeles. Huawei qalet li għandha ftit li xejn tagħrif dwar l-akkużi u mhux mgħarrfa dwar nuqqasijiet li setgħet għamlet Meng.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May se tibqa’ fil-kariga wara li kisbet vot ta’ fiduċja llejla u b’hekk se tibda tmexxi lill-Partit Konservattiv Ingliż. Hija rebħet b’200 vot favur u 117…

Trump

Tliet snin ħabs għal Michael Cohen, li kien l-avukat personali tal-President Amerikan Donald Trump waqt il-kampanja presidenzjali. Quddiem il-Qorti Federali Amerikana, Cohen ammetta l-akkużi li kien il-moħħ wara l-ħlas lil…

Barranin

Fi Franza tkompli t-tfittxija għall-aggressur li t-Tlieta filgħaxija spara diversi tiri fis-suq tal-Milied f’Strasburgu u qatel żewġ persuni. Il-qattiel ġie identifikat bħala Cherif Chekatt u għandu 29 sena. Fi Strasburgu…

Barranin

Triq fil-Ġermanja ġġammjat wara li nksiet biċ-ċikkulata. Dan wassal biex inħolqot konġestjoni tat-traffiku. It-triq f’Westönnen ingħalqet wara li tank mimli ċikkulata ġo fabbrika nxtered fit-triq. Iċ-ċikkulata f’ħakka t’għajn għaqdet u…

Aktar