Barranin
Arrestata l-Irlandiża mal-wasla lura f’pajjiżha wara li ssieħbet mal-Istat Iżlamiku

Lisa Smith ġiet arrestata meta rritornat lura l-Irlanda, wara li din issieħbet mal-Istat Iżlamiku.

L-Irlandiża ġiet lura mis-Sirja flimkien ma’ bintha ta’ sentejn. L-ewwel taret lejn it-Turkija, u min hemm qabdet titjira lejn l-Irlanda.

It-tifla tagħha twieldet is-Sirja, iżda hija ċittadina Irlandiża xorta waħda. Fil-fatt, l-awtoritajiet Irlandiżi diġà għamlu l-arranġamenti għal fejn se tkun qed toqgħod it-tifla.

Smith ġiet arrestata mal-wasla tagħha, u qed tiġi interrogata mill-Pulizija dwar suspetti ta’ offiżi terroristiċi. Hi wkoll eks suldat Irlandiż.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Ġustizzja Irlandiż qal li dan huwa każ sensittiv, u li hemm l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha possibbli jaħdmu fuqu.

Aħbarijiet Oħra

Emenda fil-liġi tal-Afganistan se tippermetti li isem l-omm jibda jidher fuq il-karta tal-identità tal-individwu. Din il-bidla hija pass importanti ħafna għad-drittijiet tan-nisa, li ma setgħu jużaw isimhom imkien. Isem il-mara…

Minn għada TikTok u WeChat mhux se jkunu jistgħu jitniżżlu mill-app stores fl-Istati Uniti, sakemm il-President Donald Trump ma jilħaqx ftehim fl-aħħar ħin. L-amministrazzjoni ta’ Trump temmen li dawn l-apps…

Fil-Kanada raġel ġie arrestat wara li ħa nagħsa waqt li l-vettura Tesla, li tinstaq waħidha, rreġistrat veloċità ta’ 150 kilometru fis-siegħa. Il-pulizija sabu li waqt li l-vettura kienet qed tinstaq…

Skont il-figuri tal-Università John Hopkins fl-Istati Uniti, l-għadd ta’ nies infettati bil-Covid-19 qabeż it-tletin miljun, fejn mietu 940,000. L-iktar dawk milquta ħażin huma l-Istati Uniti, l-Indja, u l-Brazil, iżda qed…

Aktar