Lokali
Arrestata l-mara li allegatament talbet biex issir it-telefonata b’theddida ta’ bomba

Arrestata l-mara li kienet imfittxija b’rabta mat-theddida falza ta’ bomba fuq vapur tal-Gozo Channel.

Jumejn ilu, meta tressaq il-Qorti Ronald Mallia, TVM żvela li l-Pulizija għadha qed tfittex mara Għawdxija, li allegatament talbet lill-akkużat sabiex jagħmel it-telefonata li hemm bomba għax ma riditx tiġi Malta biex tidher f’kawża fil-Qorti.

Il-mara li hija minn Tas-Sliema iżda toqgħod Għawdex kienet arrestata fis-sigħat li għaddew u mistennija titressaq il-Qorti f’xi ħin illum.

Nhar it-Tnejn, Ronald Mallia ta’ 30 sena mill-Mosta, ammetta li ċempel b’mod anonimu lill-pulizija u qal li hemm bomba  fuq wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel. Huwa għamel din it-telefonata annomina  mit-telephone box li hemm fil-kantuniera ta’ bejn Triq ir-Repubblika u Triq San Ġwann, fil-Belt Valletta u  anke deher fuq cameras tas-sigurtà li hemm fl-inhawi.

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja  ser jaghti s-sentenza fl-aħħar tax-xahar u sadanittant ta l-ħelsien mill-arrest lil Ronald Mallia b’garanzija personali ta’ €20,000.

Ara wkoll:

Jibda jopera s-servizz tal-Gozo Channel wara li kien hemm theddida ta’ bomba

Il-Pulizija tfittex Għawdxija li allegatament talbet lill-akkużat jagħmel theddida finta ta’ bomba

ARA r-reazzjoni tan-nies li nqabdu ċ-Ċirkewwa minħabba t-theddida ta’ bomba

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Skont Oliver Frendo, mill-Kooperativa tal-Majjali f’Malta, is-sitwazzjoni preżenti tal-majjali f’Malta mhix daqshekk tajjeb. Waqt il-programm TVAM Oliver qal li s-settur lokali tal-majjali tilef aktar minn 10% tal-bejgħ. Spjega li filwaqt…

Annimali

Żiemel li kien għaddej mit-triq deher li beża’ xħin għaddiet minn ħdejh karozza tal-linja. Huwa kien għaddej minn Triq Bormla, iż-Żejtun. Il-filmat, meħud nhar it-Tlieta li għadda juri ż-żiemel bis-serkin…

Kurżitajiet

Jekk fil-Parlament ma jikbrux fjuri, fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali donnu hemm iktar ċans li jinbtu l-pjanti! Ritratti li nxterdu fuq il-media soċjali juru diversi siġġijiet bi xtieli u pjanti bil-fjuri dehru…

Annimali

Il-kunflitt kulturali reġa’ spikka wara l-istorja ta’ TVM li xxandret ilbieraħ dwar il-proposta tal-Imam Mohammed El Sadi biex il-biċċiera Musulmani jkollhom iċ-ċans li f’Malta joqtlu l-annimali skont it-tradizzjoni Musulmana tal-halal….

Aktar