Qorti
Arrestata mill-ġdid it-tfajla ta’ Jordan Azzopardi – akkużata li provat ixxaħħam xhud

It-tfajla ta’ Jordan Azzopardi nżammet arrestata wara li allegatament provat ixxaħħam xhud b’pagament ta’ €20,000.

Illum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-konfront  ta’ Jordan Azzopardi ta’ 29 sena li qiegħed jkun mixli b’madwar 15-il akkuża fosthom traffikar tad-droga eroina, kokaina u kannabis.

Hija kienet diġà nħelset mill-arrest madankollu llum reġgħet sabet ruħha fl-għatba tal-Qorti wara li eks impjegat ta’ Azzopardi xehed li ċemplitlu  u offrietlu €20,000 biex jigdeb taħt ġurament. Allegatament it-tfajla offriet, €10,000 qabel u €10,000 wara li huwa jkun ta x-xhieda tiegħu fil-Qorti.

L-avukat tagħha, Franco Debono, talab il-ħelsien mill-arrest madankollu l-prosekuzzjoni oġġezzzjonat. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Ara wkoll:

‘Impjegat’ ta’ Jordan Azzopardi jinżamm arrestat

Każ Jordan Azzopardi: Isibu droga u flus foloz moħbija f’ħajt tas-sejjieħ u f’għar

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Anzjan ta’ 75 sena residenti l-Pietà tilef ħajtu meta waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ ftit wara s-sebgħa ta’ llejla meta l-anzjan instab mal-art fl-inħawi ta’ ġnien li jinsab…

Lokali

Fil-ġranet li ġejjin, l-awtoritajiet tas-saħħa mistennija jagħmlu funeral tal-foqra lil erba’ persuni, li tlieta minnhom għandhom il-karta tal-identità Maltija li ilhom aktar minn xahrejn abbundannati fil-kamra mortwarja. Ma’ TVM, id-Direttur…

Lokali

Mil-lum il-bdiewa li jkabbru l-patata bdew iħejju l-għelieqi tagħhom wara li fl-aħħar jiem għamlu l-kalkoli tat-telf li kellhom fl-aħħar sena minħabba r-riħ qawwi u s-silġ li niżel fil-grigalata ta’ tmiem…

Aktar