Kronaka
Jinżamm arrestat wara li kien akkużat bi traffikar ta’ nies

Il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu arrestat lil Loiai Aljedla ta’ 48 sena li kien imfittex b’mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Ungerija.

Is-Sirjan kien imfittex biex jaffaċċja akkużi b’rabta ma’ traffikar tal-persuni u li ffaċilita’ permessi ta’ dħul u residenza llegali, bl-akkużi jistgħu jwasslu sa għoxrin priġunerija.

L-imputat, li kien ilu jgħix f’Malta għal dawn l-aħħar sitt xhur, ikkontesta l-mandat ta’ estradizzjoni, waqt li l-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest.