Kronaka
Arrestati 13-il persuna li kienu qed jgħixu f’Malta bla permess

13-il barrani li nstabu jgħixu u anke jaħdmu Malta bla permess ġew arrestati mill-Pulizija tal-Qawra waqt ronda f’diversi toroq madwar San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra.

Minn tagħrif li kiseb TVM jirriżulta li l-barranin ġew arerstati kemm minn fuq bus-stops, kif ukoll minn fuq karozzi tal-linja. Nifhmu li l-barranin arrestati huma mill-Albanija, mis-Serbja u mill-Maċedonja.

Ir-ronda għal dawn il-barranin bdew għall-ħabta tal-5am u tmexxew mis-Supretendent Mario Haber u l-Ispettur Clayton Camilleri, assistiti mis-Surġenti Gabria Gatt u Glen Carabott.