Kronaka
AĠĠORNAT: Arrestati tliet irġiel suspettati li fornew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia

TVM infurmat li l-Pulizija arrestat tliet irġiel suspettati li fornew il-bomba allegatament użata minn Vince Muscat u l-aħwa George u Alfred Degiorgio biex tinqatel Daphne Caruana Galizia.

Rapporti qed jgħidu li s-suspettati huma l-aħwa Adrian Agius u Robert Agius, kif ukoll Jamie Vella. L-arresti huwa mifhum li seħħew fil-Baħrija (ritratt) u f’Ħaż-Żebbuġ.

Qarrej ta’ TVM li assista għall-arrest fil-Baħrija ddeskriva kif għall-ħabta tas-1.30pm kien hemm minn tal-inqas 20 pulizija armati b’armi tan-nar u lebsin il-balaclavas, li kienu qed jagħmlu t-tiftix u jżommu żewġ irġiel.

It-tliet irġiel ġew arrestati hekk kif f’seduta tal-Qorti llum Vince Muscat ammetta għall-qtil. L-ammissjoni ta’ Muscat għandha twassal għal tagħrif ġdid dwar il-każ li jippermetti lill-Pulizija tagħmel arresti ġodda b’rabta mal-każ.

Iktar dettalji dalwaqt.

Ara wkoll:

Vince Muscat iwieġeb ħati għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia