Lokali
Arrestati tliet irġiel wara sejba ta’ droga fi stabbiliment f’Wied il-Għajn

Rejd mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fi stabbiliment f’Wied il-Għajn wassal għal sejba ta’ droga, ammont ta’ flus kontanti u l-arrest ta’ Malti u żewġ irġiel mis-Serbja.

Il-Pulizija qalet li s-Serbi nqabdu jieħdu d-droga, allegatament kokaina, fit-toilet tal-istabbiliment. Il-Malti arrestat hu l-persuna li tieħu ħsieb il-post.

Il-Pulizija qalet li taħt sink instabu moħbija biċċiet ta’ raża tal-kannabis, kokaina, sustanza tal-pjanta tal-kannabis, miżien elettroniku u oġġetti oħra relatati mat-traffikat tad-droga. Fis-safe tal-istess stabbiliment u fir-residenza tal-operatur tal-istabbiliment instab ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti f’boroż tal-plastik.

L-irġiel qed jinżammu arrestati biex jgħinu fl-istaħrriġ. Il-Maġistrat tal-Għassa qed tmexxi inkjesta.