Barranin
Arrestati wara li ħaslu u biegħu mill-ġdid testijiet tal-COVID-19

Fl-Indoneżja bosta ħaddiema ta’ kumpanija farmaċewtika ġew arrestati wara li allegatament ħaslu u biegħu mill-ġdid testijiet tal-Covid-19.

Il-Pulizija qalu li madwar 9,000 passiġġier f’ajruport f’Medan setgħu ġew ittestjati għall-Covid b’testijiet li kienu diġà ġew użati.

Il-pulizija qalu li din is-sistema ta’ ħasil u użu mill-ġdid ta’ testijiet tal-Covid-19 fl-imnieħer bdiet f’Diċembru li għadda fl-ajruport ta’ Kualanamu f’Medan.

Dan sar magħruf wara li bosta passiġġieri li kien jeħtieġilhom test negattiv tal-Covid biex isiefru, bdew jirriżultaw pożittivi meta fil-fatt ma kellhomx il-Covid.

Kien għalhekk li uffiċjal pajżan għamilha ta’ passiġġier u wara li ġie ttestjat u rriżulta pożittiv, uffiċjali oħrajn wettqu rejd fil-post fejn kienu qegħdin isiru t-testijiet u sabu bosta testijiet li kienu qegħdin jiġu rriċiklati.