Barranin
Arrestati wara li nqabdu jikkumplottaw attakk terroristiku

Koppja Iranjana spiċċat arrestata jumejn ilu fil-Belġju wara li nstab li kienu qed jippreparaw attakk terroristiku fi Franza.

Skont il-Pulizija Belġjana, ir-raġel u l-mara għandhom ‘l fuq minn 30 sena u kienu qed jikkumplottaw kif se jwettaq attakk f’Villepinte fejn hemm grupp ta’ nies li jopponu lil dawk li huma nvoluti fil-gwerra qaddisa (il-jihad).

Waqt l-arrest, il-Pulizija sabu 500 gramma ta’ splussiv TATP u tagħmir li jikkawża splużjoni fil-karozza tal-koppja.