Kronaka
Arrestati wara li nstabu jaħdmu l-logħob tan-nar illegalment fil-Gudja

Żewġt irġiel ġew arrestati lbieraħ wara li allegatament kienu qed jaħdmu l-logħob tan-nar illegalment.

Huma nstabu f’għalqa fi Triq l-Għelejel fil-Gudja.

Il-Pulizija sabu ammont konsiderevoli ta’ materjal splussiv kif ukoll materjal ieħor relatat mal-logħob tan-nar.

Filwaqt li l-persuni kkonċernati ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex jgħinu fl-investigazzjonijiet, membri mill-Explosive Ordanance Disposal Unit issejħu fuq il-post għall-assistenza.

Bil-każ, ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.