Kronaka
Arrestati żewġt irġiel oħra fuq pornografija tat-tfal

Wara li dalgħodu tressaq raġel il-Qorti akkużat b’pussess u tixrid ta’ materjal indiċenti ta’ minuri, fosthom ta’ bintu ta’ 4 snin, illum ġew arrestati żewġt iriġiel oħra b’rabta mal-każ.

Il-Pulizija qalet li wara investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji ġew arrestati żewġt irġiel ta’ 28 sena; wieħed li joqgħod San Pawl il-Baħar u l-ieħor il-Mosta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ara wkoll:

Jinżamm arrestat wara li ġie mixli li ħa filmati pornografiċi ta’ bintu ta’ 4 snin