Arresti fil-Belġju dwar pjani ta’ attakki terroristiċi f’lejliet l-ewwel tas-sena

Il-Pulizija Belġjana arrestat żewġ persuni suspettati li kienu qed jippjanaw attakki terroristiċi f’lejliet l-ewwel tas-sena.

Il-Ħadd u t-Tnejn saru raids f’partijiet differenti tal-pajjiż.

Fir-raids, il-Pulizija elevat ħwejjeġ militari u materjal ta’ propaganda iżda mhux armi u splussiv.

Il-Belġju ilu fuq allert massimu minn meta saru l-attakki tat-13 ta’ Novembru f’Pariġi.

Ħafna mill-aggressuri f’dawk l-attakki huma maħsuba li kienu bbażati fil-Belġju.

Is-suspettati huma akkużati li kienu qed jippjanaw attakki kontra diversi “miri simboliċi” fi Brussel kif ukoll kontra l-pulizija.