Kultura
Arti bl-inċiżjonijiet – esebizzjoni fil-Palazzo La Salle

“Grafika, Of Form and Image” hija l-esebizzjoni spettakolari fil-Palazzo La Salle, li tikkomunika l-qofol ta’ proċessi kreattivi mnebbħa fuq l-arti, li hija maħduma bit-teknika tal-inċiżjonijiet.

Il-fundatur tal-esebizzjoni Imprint IV, Jesmond Vassallo, qal l-immaġini jikkomunikaw is-somma ta’ azzjonijiet u reazzjonijiet, antiċipati u m’humiex, ta’ immaġini msejsa fuq il-kuntrast perpetwu bejn il-preċizjoni tat-teknika li jitlob dan il-ġeneru, u l-interpretazzjoni artistika.

“Qed nużaw l-istess lingwaġġ, imma kull artist huwa liberu li jitkellem fuq liema suġġett li jrid. Kien hemm varjazzjoni kbira f’kull xogħol u kull artist għandu l-poetika, jiġifieri għandu diskors li jrid jitkellem fuqu.”

L-Imprint IV, qed turi wkoll ix-xogħlijiet eċċezzjonali tal-artist rinomat internazzjonalment, Horst Janssen li jirrakkonta l-istejjer intimi bl-arti. Magħhom għadd imdaqqas ta’ artisti Maltin u barranin, b’kollezzjoni ta’ sebgħin xogħol artistiku intaglio, fosthom b’kollezzjoni ta’ xogħlijiet artistiċi tal-artist Frank Portelli.

“Frank Portelli kien ukoll artist li rrevoluzzjona l-arti f’Malta, ġab bidla kbira u qed nagħmlu ommaġġ, qed ngħidulhom grazzi b’din il-wirja.”

Il-wirja tal-arti kkurata minn Dr. Christian Attard, qed issir fil-Palazzo La Salle l-Belt.

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Fost iċ-ċapċip ta’ dawk preżenti, l-atleti Maltin tal-Ispecial Olympics ingħataw Midalja għall-Qadi tar-Repubblika, fiċ-ċerimonja li saret fil-Festa tar-Repubblika l-Ġimgħa fil-Palazz tal-President. It-28 atleta, li lkoll għandhom sfidi differenti, rebħu 40…

Politika

L-eks Ministru u eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella llum kien onorat bil-grad ta’ kumpann fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu. Dan kien l-ogħla unur mogħti waqt iċ-ċerimonja tal-Investitura fil-Palazz tal-President f’Jum ir-Repubblika. Il-Perit…

Kisbiet

Farman Ullah, carer mill-Pakistan, rebaħ il-Premju Ħaddiem tas-Sena 2019 fir-Residenza San Vincenz de Paul. Fi stqarrija intqal kif Ullah, li ilu jaħdem fir-residenza għal dawn l-aħħar erba’ snin, huwa carer…

Avjazzjoni

Il-Ħamis li għadda, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ s-seba’ miljun passiġġier għal din is-sena. B’hekk, l-MIA leħaq l-ogħla numru ta’ passiġġieri fl-istorja tiegħu. Fi stqarrija l-MIA spjega li t-traffiku mill-MIA…

Aktar