Kultura
Artist ta’ fama mondjali bl-ewwel proġett fil-mużew ġdid tal-arti kontemporanja

Il-proġett ta’ Spazju Internazzjonali għall-Arti Kontemporanja tnieda b’esebizzjoni ta’ l-artist rinomat Ugo Rondinone li ħoloq sensiela ta’ stallazzjonijiet artistiċi li kritiċi tal-arti qalu juru l-ifjen kunċetti tal-arti kontemporanja.

Imwieled l-Isvizzera u residenti New York, Rondinone qal li l-proġett artistiku tiegħu hu iddedikat lit-tfal ta’ Malta. Spjega li l-iskultura ewlenija tal-ġebel, The Radiant, hija tiswira ta’ kunċetti u ideat li tfasslu fuq l-perċezzjoni personali tiegħu tal-identità kontemporanja Maltija.

L-artist qal lil TVM, “The Radiant, for Malta, is dedicated to the children of Malta because the museum is a new adventure and it will be the children who will sustain this new adventure of a museum.”

Rondinone stieden lill-viżitaturi biex iħarsu lejn l-istallazzjonijiet tiegħu minn lenti li tixpruna t-tama, bħall-istallazzjoni tal-qniepen żgħar li jirrappreżentaw il-messaġġi li ngħataw mill-istudenti f’kull waħda mill-172 skola f’Malta u f’Għawdex.

Rondinone qal, “I wanted to give them a human touch representing itself as a person…. so that is a human figure.”

L-esebizzjoni ta’ Rondinone twitti t-triq għall-programm ta’ attivitajiet li jinkludu sensiela ta’ taħdidiet dwar l-arti kontemporanja ma’ esperti lokali u internazzjonali, kif ukoll esebizzjoni awdjoviżiva dwar l-istorja tal-Ospizio u r-Ritirata fil-Floriana li se jilqgħu l-ispazju għall-arti kontemporanja.

L-Ambaxxatur Kulturali Francis Sultana qal li l-Ispazju Internazzjonali Malti għall-Arti Kontemporanja, MICAS, se jkun mifrux fuq 1,300 metru kwadru bil-proġett jinkludi r-restawr tal-fortifikazzjonijiet u l-bini ta’ gallariji ta’ l-arti għall-esebizzjonijiet ta’ artisti lokali u barranin.

Francis Sultana qal, “By launching the museum today, so it’s not because we are opening our doors but we are launching a national project, that will open again in 2021 we are showing everyone how committed we are to this project, how engaged we are going to be not just locally but globally, international curators and artists.”

Il-proġett MICAS se jitwettaq b’fondi tal-Unjoni Ewropea u mistenni jkun lest tliet snin oħra.  L-inawgurazzjoni ta’ dan l-ewwel proġett saret illejla mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 68 sena minn Birżebbuġa, Manweli Zahra nżamm arrestat wara li ġie akkużat b’abbuż sesswali fuq mara vulnerabbli ta’ madwar 30 sena. Fil-Qorti ġie spjegat li l-mara hija persuna…

Lokali

L-Għaqdiet ta’ Min iħaddem u unions tal-ħaddiema jaqblu li hemm bżonn riforma fit-tribunal industrijali li ilu mwaqqaf mill-1975. F’konferenza organizzata mill-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, MEA, ġiet diskussa l-bżonn ta’ din…

Lokali

Żewġ żgħażagħ mill-Mellieħa, kmieni l-Erbgħa filgħodu kienu involuti f’inċident fuq il-baħar meta baqgħu deħlin bid-dgħajsa f’ħajt tal-lukanda fil-Marfa. Lejl jistadu bil-froxxna għal ftit ma ntemmitx fi traġedja għal żewġt iħbieb…

Lokali

Il-Fondazzjoni RISE ser tiftaħ it-tieni dar għall-priġunieri li waslu fl-aħħar sena biex jiskontaw is-sentenza. Il-Fondazzjoni għandha programm li jgħin b’ħiliet biex jintegraw fis-soċjetà meta jiskuntaw is-sentenza. Il-Ministru Michael Farrugia qal…

Aktar