Annimali
Artista Franċiża b’wirja b’risq annimali midruba jew abbandunati

F’dan iż-żmien tas-sena ħafna jsibu ħin biex jagħmlu atti ta’ imħabba jew solidarjetà mal-oħrajn.

Artista Franċiża li tgħix Malta ddeċidiet li ttella’ wirja b’pitturi biex bil-flus li tiġbor mill-bejgħ tagħhom, tgħin seba’ santwarji għall-annimali midruba jew abbandunati.

Sa sena u nofs ilu l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati, l-AAA kienet se tagħlaq għax spiċċat mingħajr il-post privat fil-Marsa fejn kienet ilha 13-il sena toffri kenn lill-klieb abbandunati.

Wara ftehim mal-Gvern, l-Assoċjazzjoni ngħatat post f’Birżebbuġa li l-manager tal-AAA, Rosalind Agius qaltilna li bidluh f’santwarju għal tmenin kelb abbandunat skont standards Ewropej.

“Għamilna l-kwarantina fejn se nkunu nistgħu naħsluhom u nagħmlu grooming u fl-istess ħin inneħħu l-parasiti għax il-maġġoranza tal-klieb imsieken jidħlu bil-brigħat u ħniex u trid tiftakar li ma tistax tmarrad lil kulħadd ħabba kelb wieħed, għamilna drenaġġ kif suppost ħalli ħmieġ joqgħod il-bogħod mill-annimali u thankfully ukoll irnexxilna niddubaw cameras mal-premises kollha” qalet Rosalind Agius.

Il-proġett sewa eluf ta’ ewro u fl-aħħar jiem ingħata spinta bl-għajnuna tal-akbar donazzjoni li l-Assoċjazzjoni qatt irċeviet minn individwu; il-Franċiża Zoe Chomarat li ġiet Malta 18-il sena ilu u sabet dar adottiva li għinitha tkompli ssegwi l-passjoni kreattiva tagħha għall-arti.

“Because it’s been a long time there’s different influence in my painting, there’s of course Maltese subjects as it’s something I’ve been interested and which I could paint all my life and also I love to paint abstract” qalet l-artista Chomarat.

Il-wirja b’35 pittura b’risq l-AAA u sitt santwarji tal-annimali oħra qed issir fil-Kavallier ta’ San Ġwann il-Belt u tibqa’ miftuħa sas-Sibt li ġej. L-artista Franċiża qalet li tliet kwarti tax-xogħlijiet esebiti nbigħu qabel bdiet il-wirja, bil-flus kollha miġbura se jmorru biex jgħinu mijiet ta’ annimali.

Intant, qabel ħallejna s-santwarju l-ġdid tal-AAA, Rosalind Agius appellat biex f’dan iż-żmien ħadd ma jagħti klieb jew annimali bħala rigali.

“Le, il-kelb hu għal ħajtu u mhux għall-Milied biss. Is-sena l-oħra kien hemm min xtara klieb fil-Milied u qabel New Years day ġew jarmuhom hawnhekk” qalet Roslaind Agius.

Il-manager tal-AAA qalet li minkejja li żdied l-għarfien fuq il-moħqrija tal-annimali, sfortunatament il-voluntiera għadhom jiltaqgħu ma’ stejjer tal-waħx ta’ klieb abbandunati jew midruba li jitħallew għal riħhom jittamaw li xi qalb tajba jadottahom u jtihom l-imħabba li tixqirilhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Studju li sar mil-Kumpanija EY b’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ wera li l-Industrija tal-Yachting tiġġenera aktar minn €100 miljun fis-sena minħabba dħul ieħor dirett għall-Gvern. Id-dettalji ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Ministru…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li minkejja li rreżista r-riformi l-Gvern kellu jimplimenta t-tibdil li qaltlu l-Kummissjoni Venezja. Waqt li kien qed jindirizza attività politika fiż-Żurrieq illejla, il-Kap Nazzjonalista qal…

Qorti

Raġel ta’ 26 sena, Steve Galea li nstab ħati li għex fuq il-prostituzzjoni tas-sieħba tiegħu, skansa l-ħabs wara li biddel ħajtu. Galea, kien ukoll akkużat li flimkien ma’ tnejn oħra,…

Aktar