Lokali
Artisti li jridu jibdew ipinġu tattoo jridu jagħmlu kors

Il-liċenzjar ta’ artisti li jagħmlu t-tattoo se jibda ikun suġġett għall-kors ta’ taħriġ biex ikun żgurat li tkun imħarsa s-saħħa kemm tal-artisti kif ukoll tal-klijenti u tal-pubbliku. Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar l-ideat tiegħu għal din ir-riforma waqt li qal li se jkun hemm perjodu ta’ xahar ta’ konsultazzjoni pubblika dwar it-tifsila tal-kors tal-artisti tat-tattoo.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, spjegat li minħabba l-użu tal-labar, it-tattooing iġorr ċerti riskji bħal tixrid ta’ mard fosthom l-epatite A u B u l-virus tal-HIV.

Dr Gauci qalet li għalhekk l-kors tat-tattooing irid isir min-nies kompetenti u jrid jinkludi tagħrif dwar il-mard li jista’ jittieħed, l-użu u r-rimi għaqli tal-labar, l-isterilizazzjoni tat-tagħmir, iż-żamma tal-indafa f’post fejn isir tattoo.

Spjegat ukoll li dawk li jagħmlu t-tatto irid ikollhom għarfien tal-linka li tintuża, il-preparazzjoni tal-ġilda qabel jibda l-proċess tat-tattoo u ż-żamma ta’ rekords tal-klijent.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li “meta persuna tkun trid tapplika biex taħdem bħala tattoo artist, irid ikollha l-kors li biex tkopri dak li għandha bżonn bħala informazzjoni. Persuna li tkun trid toffri dawn il-korsijiet, importanti li hu stess ikun tattooist għal aktar minn ħames snin, u jkun irid ukoll jipprovdi ċertu kompetenzi fil-kors permezz ta’ health care provider.”

Dr Gauci qal li mis-sena d-dieħla biex tingħata liċenzja lil persuna biex topera ta’ artist tat-tatto, trid issegwi kors apposta.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-kors ikopri 45 siegħa ta’ tagħlim u taħriġ li irid ikun approvat mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Ir-rekwiżiti għall-kors tat-tattooing ġew ippubblikati u huma miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika sa bħal-lum xahar.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kurja tal-Arċisqof tixtieq tavża li kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Erbgħa, l-Uffiċċju Żwigijiet ser ikun miftuħ bejn it-3pm u s-6pm. Fi stqarrija, l-Kurja qalet li l-Uffiċċju Żwiġijiet jiftaħ…

Lokali

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret sensiela ta’ proġetti infrastrutturali ta’ aktar minn mitt miljun ewro li ser iżidu l-kwalità tal ilma, inaqqsu l-emissjonijiet, itejbu l-effiċjenza u jipproteġu l-ilma tal-pjan. Il-Kap Eżekuttiv…

Lokali

Christopher Bartolo li qed jiskonta sentenza ta’ ħames snin ħabs waqt li qed jirċievi kura intensiva minħabba kundizzjoni fil-kliewi, se jkollu jibqa’ jistenna biex il-Qorti tiddeċiedi jekk għandux jitħalla joħroġ…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia ppreżenta kawża fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali, l-Awtorità tal-Artijiet, il-Malta Industrial Parks u l-Vitals Global Healthcare biex il-kuntratt bejn il-Gvern u l-VGH…

Aktar