Mużika
Artisti Maltin u internazzjonali jingħaqdu flimkien f’festa ta’ mużika

Għadd ta’ artisti Maltin u internazzjonali li bejniethom igawdu l-ammirazzjoni ta’ miljuni ta’ segwaċi se jingħaqdu flimkien f’festa ta’ mużika li tiċċelebra l-kultura u t-tradizzjonijiet Mediterranji mżewqa mal-mużika pop Ewropea.

Alessandra Amoroso, Gigi D’Alessio, Elisa, Emma, Umberto Tozzi, Mahmoud, Raf, Ira Losco u The Travellers huma fost il-protagonisti li se jieħdu sehem fit-tielet edizzjoni ta’ Radio Italia Live: Il Concerto, bħala parti mill-Mediterranean Stars Festival.

L-artisti se jkunu akkumpanjati mill-Orkestra Mediterranja li hija magħmula minn sittin mużiċist taħt id-direzzjoni mużikali tas-surmast Bruno Santori.

Il-Mediterranean Stars Festival li se jsir fuq il-Fosos tal-Furjana fl-4 ta’ Ottubru qed jittella’ mill-Fondazzjoni għat-Turiżmu Mediterranju li twaqqfet fl-2016 biex tippromovi l-paċi u l-istabilità fil-Mediterran b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet Maltin u Radio Italia Live. Il-kunċert se jkun mingħajr ħlas.

Il-Ministru tat-Turiżmu, Konrad Mizzi, qal li l-festival se jkun akkumpanjat minn għadd ta’ avvenimenti f’dawk il-jiem, bħan-Notte Bianca, li se jkomplu jsaħħu d-destinazzjoni ta’ Malta bħala attrazzjoni turistika. Qal li l-Italja hija destinazzjoni ewlenija għal Malta b’konnessjonijiet diretti ma’ sbatax-il ajruport fl-Italja u b’medja ta’ erba mitt elf turist mill-Italja li ta’ kull sena jżuru Malta.

 

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin daħlu fis-seħħ pjan ta’ azzjoni fid-dawl tal-virus COVID19, hekk kif dan kompla jinfirex barra ċ-Ċina u laħaq pajjiżi Ewropej partikolarment l-Italja. Fi stqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa intqal li…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela tkellem fuq l-ewwel summit tiegħu fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fejn beda jigi diskuss il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li gejjin. F’kollegament fuq One Radio,…

Qorti

Mahdi Mohammed, Libjan ta’ 37 sena qal li ma jistax imur lura lejn il-Libja għax joqtluh. Dan minħabba li kien suldat ta’ Gaddafi. Hu qal dan fil-Qorti, fejn tressaq akkużat…

Qorti

Saif Faisal Ibrahim Sahir, Somalu ta’ 24 sena kien akkużat b’pussess tad-droga għall-użu personali. Hu ammetta l-akkużi kontrih u kien immultat €50. Il-Maġistrat Joe Mifsud irrakkomanda li ż-żgħażugħ jinstablu post…

Aktar